Żagħżugħ ta’ 18-il sena jitressaq il-Qorti b’rabta mas-serqa fil-Mosta

Żagħżugħ ta’ 18-il sena mill-Mosta nżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti mixli li kien involut fis-serqa li saret minn ħanut tal-logħob fil-Mosta stess.
Il-każ seħħ nhar il-Erbgħa li għadda bil-ħallelin kienu armati u serqu mal-€500 fi flus kontanti.
Iż-żagħżugħ, li huwa magħruf mal-Pulizija, ċaħad l-akkużi mressqa kontrih fosthom li kien kellu arma tan-nar u li żamm persuna kontra l-volontà tagħha.
Huwa kien akkużat ukoll li kiser il-kundizzjonijiet imposti fuqu biex ingħata sentenza sospiża f’każ ieħor.
Il-Qorti ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest.Żagħżugħ ta’ 18-il sena mill-Mosta nżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti mixli li kien involut fis-serqa li saret minn ħanut tal-logħob fil-Mosta stess.
Il-każ seħħ nhar il-Erbgħa li għadda bil-ħallelin kienu armati u serqu mal-€500 fi flus kontanti.
Iż-żagħżugħ, li huwa magħruf mal-Pulizija, ċaħad l-akkużi mressqa kontrih fosthom li kien kellu arma tan-nar u li żamm persuna kontra l-volontà tagħha.
Huwa kien akkużat ukoll li kiser il-kundizzjonijiet imposti fuqu biex ingħata sentenza sospiża f’każ ieħor. Il-Qorti ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest.