Żagħżugħ ta’ 17-il sena jitlef ħajtu f’fabbrika f’Ħal Farruġ

Matthew Bartolo  ta’ 17-il sena minn Ħal Kirkop tilef ħajtu fuq il-post tax-xogħol f’Ħal Luqa.
L-inċident seħħ għall-ħabta tan-12.30pm, meta Matthew, magħruf bħala l-Garguri, weġġa’ f’fabbrika fiż-Żona Industrijali ta’ Ħal Farruġ. Dak il-ħin iż-żagħżugħ kien qed jaħdem fuq magna tal-injam.
Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza, iżda ġie ċċertifikat mejjet ftit wara.
Il-Maġistrat tal-Għassa Neville Camilleri qed imexxi inkjesta.
Il-Pulizija qed tinvestiga l-każ.