Żagħżugħ ta’ 17-il sena akkużat bl-isparaturi fil-Kanada

Żagħżugħ ta’ 17-il sena qed ikun akkużat bl-isparaturi li ġraw nhar il-Ġimgħa fil-Kanada u qatel 4 persuni. 
Il-ġuvni – li ismu ma jistax jixxadnar minħabba li għadu taħt l-età – se jittella’ l-Qorti matul il-ġimgħa li ġejja u qed ikun akkużat bi qtil tal-ewwel grad kif ukoll b’attentat ta’ qil. 
L-isparaturi ġraw f’Saskatchewan, fil-Punent tal-Kanada, fl-iskola La Loche u f’post ieħor.
Il-Prim Ministru Kanadiż, Justin Trudeau, qal li attakki bħal dawn “huma l-aktar ħolma kerha għal kull ġenitur”.