Żagħżugħ ta’ 15-il sena jittajjar f’ San Ġiljan

Read in English.

Żagħżugħ barrani ta’ 15 sena, residenti San Ġiljan ittieħed l-isptar Mater Dei wara li kmieni dalgħodu ttajjar minn vettura f’ San Ġiljan.

L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ siegħa ta’ filgħodu fi Triq Sant’Andrija, x’ħin vettura li kien qed isuq ġuvni ta’ 18-il sena minn Ħaż-Żebbuġ tajret liż-żagħżugħ.

Iż-żagħżugħ ttieħed l-isptar għall-kura fejn aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.