Żagħżugħ ta’ 13-il sena investigat ma’ 2 oħra dwar serqa fil-Belt Valletta

CMRU

Tliet żgħażagħ, wieħed minnhom ta’ 13-il sena, qegħdin jiġu investigati mill-pulizija b’rabta ma’ serqa minn stabbiliment.

Is-serqa fi Triq it-Teatru l-Antik fil-Belt Valletta saret ilbieraħ għall-ħabta tas-6am. Sid il-ħanut mar l-Għassa tal-Pulizija biex jirrapporta li ġie misruq, u li sab ix-shutter maqlugħ minn postu.

Fuq il-post, il-pulizija sabu l-cash register żgassata u ammont ta’ flus kontanti misruqin.

It-tliet żgħażagħ li għandhom bejn 13 u 22 sena, residenti l-Belt Valletta, ġew interrogati u mistennija jitressqu l-qorti fil-jiem li ġejjin b’rabta mal-każ.