Żagħżugħ qed ikun akkużat li kkorrompa tifel ta’ 9 snin

Żagħżugħ min-Niġer tressaq il-Qorti akkużat li kkorrompa tifel ta’ 9 snin.
Mahawia Abubaker li għandu 23 sena u joqgħod l-Imsida wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih.
Il-Maġistrat Antonio Vella ddeċieda li Abubaker għandu jinżamm arrestat fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.