​Żagħżugħ Palestinjan jinqatel f’Ġerusalemm

Żagħżugħ Palestinjan inqatel waqt li ġlieda bejn il-forżi ta’ Iżrael u l-Palestinjani  f’Ġerusalemm.
Il-ġlied u t-tensjoni kompliet tinfirex meta nhar il-Ġimgħa nqattlu żewġ pulizija Iżraeljani.
Tliet Iżraeljani nqatlu wkoll viċin ta’ tempju u dan qajjem protesta mill-Iżraeljani.
Din iż-żona ta’ Ġerusalem ilha titmexxa mill-Iżrael mill-1967.