Aġġornata: Iż-żagħżugħ irrappurtat nieqes jinstab fil-ġnien ta’ ħdejn il-Bombi

Aġġornata 31.01.2015 10.03am
Il-Pulizija ikkonfermat ma' Newsbook.com.mt li nstab iż-żagħżugħ Justin Mamo li kien irrappurtat nieqes.  
Huwa nstab fil-ġnien ta' Ħdejn il-Bombi fil-Floriana għall-ħabta tal-9.40am u kien fi stat tajjeb ta' saħħa.

Aktar kmieni:
Il-Pulizija qed titlob għall-għajnuna mill-pubbliku wara li żagħżugħ ta' 17-il sena, Justin Mamo, ġie rrappurtat nieqes.
Iż-żagħżugħ ilu nieqes minn nhar is-Sibt li għadda iżda deher l-aħħar nhar it-Tnejn filgħodu, għall-ħabta tal-11.00am, fil-Gżira.
Hu kien liebes flokk iswed u qalziet iswed tat-tracksuit, bi strixxi bojod. 

Iż-żagħżugħ hu rqiq u ta' tul medju. 
Il-Pulizija qed tħeġġeġ lil min jarah biex iċempel 119 jew 2122 4001, anke b'mod kunfidenzjali, jew iżur l-eqreb għassa tal-Pulizija.
Xerred dan l-artiklu biex tgħin lill-Pulizija ssib liż-żagħżugħ