Żagħżugħ mixħut mal-art f’Għawdex

Żagħżugħ ta’ 28 sena nstab mixħut mal-art mitluf minn sensieh fil-Fontana f’Għawdex.
Newsbook.com.mt jinsab infurmat li kien għall-ħabta tad-9.30pm meta l-Pulizija t’Għawdex irċeviet telefonata minn persuna ta’ nazzjonalità barranija, li kien hemm żagħżugħ mitluq fit-Triq tal-Għajn.
Iż-żagħżugħ, li hu Pollakk, ittieħed l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex b’ambulanza u qed jingħata l-kura fis-CCU.
Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt li ma jidhirx li l-każ hu suspettuż.