Żagħżugħ mill-Kosta tal-Ivorju se jiġi estradit lejn l-Italja

Kone Daouda ta’ 22 sena mill-Kosta tal-Ivorju se jintbagħat lura l-Italja wara li fil-Qorti ammetta li daħal f’Malta b’passaport falz.
Fil-Qorti ntqal li Daouda għandu karta tal-identità u permess tar-residenza Taljani.
Għalkemm il-permess għar-residenza kien skada, iż-żagħżugħ għandu ċ-ċans li jerġa’ jġeddu.
Huwa ingħata s-sentenza ta’ 18-il xahar priġunerija sospiżi għal tliet snin.
Daouda se jinżamm arrestat sakemm isiru l-arranġamenti meħtieġa biex jiġi estradit.