Żagħżugħ indarab b’mod gravi waqt li kien qed jaħdem ġo fabbrika f’Bulebel.
L-inċident ġara għall-ħabta tas-2pm ġo fabbrika fil-qasam industrijali ta’ Bulebel fiż-Żejtun.
Meta marret fuq il-post, il-Pulizija sabet li ż-żagħżugħ ta’ 24 sena miż-Żejtun stess kien indarab waqt li kien qed iħaddem xi makkinarju ġol-fabbrika.
Ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn aktar tard irriżulta li għandu ġrieħi gravi.