Żagħżugħ mejjet qrib stabbilment

Żagħżugħ ta’ 22 sena residenti r-Rabat instab mejjet qrib stabbilment ta’ divertiment f’ San Ġwann.
Il-Pulizija ġiet infurmata għall-ħabta tal-4.45am li kien hemm persuna mitlufa minn sensiha fi Triq Ħal Għargħur, l-Iklin.
Fuq il-post marru l-Pulizija u ambulanza li ħaditu bilġri Mater Dei, iżda ż-żagħżugħ ġie ċċertifikat mejjet mal-wasla tal-ambulanza l-isptar.
Għalkemm mhux eskluż li seta’ nqatel, hemm il-probabbiltà li r-raġel miet b’overdose.
Dwar il-każ infetħet inkjesta maġisterjali mill-Maġistrat Monica Vella.
Ritratt: Arkivji