Żagħżugħ Malti jmut tliet ġimgħat wara missieru

Damien Ellul, żagħżugħ ta’ 22 sena mill-Mellieħa, miet dalgħodu, tliet ġimgħat wara missieru.

Oħt Damien, Sasha, f’post fuq Facebook sellmet il-memorja ta’ ħuha, li sfortunatament dalgħodu ħareġ mid-dar għal ġurnata xogħol u ma rritornax lura, l-istess sfortuna li għadda minnha missierhom tliet ġimgħat ilu wara li miet kawża ta’ attakk tal-qalb.

Brooo..leeeeeee 😭😭Ghaliex ? Ma ergajtx wasalt lura id dar ? Ezatt bhal papa ghamiltilna . 😭😭😭3 gimghat biss wara dad 😱😭Inhobbok hafnaaa bro xx u sellili ghal papa issa🖤Rip my brother 🖤😭Damien Ellul

Posted by Sasha Ellul on Wednesday, September 30, 2020

Ħafna esprimew id-dieqa tagħhom għal din l-aħbar traġika li laqtet lill-familja Ellul illum, b’uħud kitbu dwar memorji sbieħ li kellhom ma’ Damien. Bosta ddesikrivew lil Damien bħala żagħżugħ ħabbrieki u qalbu tajba.