Żagħżugħ Malti jirbaħ l-ewwel titlu ta’ SIGA Champion

Mart il-Prim Ministru Joseph Muscat, Michelle Muscat li hi ċ-Chairpersin ta’ Special Olympics Malta,  u d-Direttur Nazzjonali tal-istess Kumitat, Anna Calleja laqgħu b’sodisfazzjon l-aħbar li l-ewwel atleta li ngħata t-titlu ta’ 'SIGA Champion' huwa  Gilmour Borg.
Fi stqarrija qalu li hu t’unur u sodisfazzjon li l-ewwel atleta, b’diżabiltà intelletwali, li qatt ingħata t-titlu ta’ SIGA (Sport Integrity Global Alliance) Champion huwa propju atleta ta’ Special Olympics Malta fid-dixxiplina tal-atletika, Gilmour Borg.
Din l-aħbar ingħatat fil-kapitali Portugiża Lisbona, nhar l-Erbgħa fil-preżenza tal-istess Borg.
F’kummenti li ta Gilmour Borg huwa qal li l-isport jgħin biex wieħed ikabbar il-ħiliet tiegħu u jgħin lin-nies ikunu kburin b’dak kollu li jiksbu fid-dixxiplina sportiva rispettiva li jippratikaw. 
Ritratt: SportMalta