Jisraq minn vann tal-ħobż f’Għawdex

Żagħżugħ li dalgħodu nqabad jisraq minn vann tal-ħobż tressaq fil-Qorti ta' Għawdex.
Iż-żagħżugħ ta' 19-il sena residenti San Pawl il-Baħar tressaq quddiem il-Maġistrat Paul Coppini.
Huwa kien akkużat li dalgħodu waqt li kien fix-Xlendi seraq u kellu fil-pusses tiegħu oġġetti akkwistati b’reat, kiser l-ordni tal-probation u li kien reċediv .
L-akkużat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih iżda ma ngħatax il-libertà.
Ritratt: Arkivji