Żagħżugħ fil-periklu tal-mewt wara waqgħa f’sit tal-kostruzzjoni

Pulizija
Miguela Xuereb

Read in English.


Żagħżugħ ta’ 16-il sena sofra ġrieħi serji f’inċident li sar ilbieraħ f’sit ta’ kostruzzjoni u jinsab fil-periklu tal-mewt.

Il-Pulizija ġiet infurmata għall-ħabta tal-11.30am li Sirjan waqa’ erba’ sulari fi Triq il-Qratas, is-Swieqi.

Iż-żagħżugħ kien qiegħed jaħdem f’sit ta’ kostruzzjoni fir-raba’ sular u waqa’ ‘l isfel. Tim mediku ssejjaħ fuq il-post biex jagħti l-ewwel assistenza, imbagħad iż-żagħżugħ ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Charmaine Galea qiegħda tmexxi inkjesta. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin.