Aġġornata: Jaqa’ 3 sulari f’Ħ’Attard; fil-periklu tal-mewt

Żagħżugħ ta’ 17-il sena minn Ħal Qormi qed jissielet għal ħajtu wara li waqa’ minn għoli ta’ tliet sulari f’Ħ’Attard.

Dan ġie kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt minn kelliem għall-Pulizija li spjega li l-każ seħħ fl-10am fi Triq il-Ħafur. Iż-żagħżugħ waqa’ waqt li kien qed jaħdem f’sit tal-konstruzzjoni.

Ambulanza ssejħet fuq il-post sabiex tieħu liż-żagħżugħ l-Isptar Mater Dei.