Aġġornata: Gravi ż-żagħżugħ li waqa’ minn xi għoli fil-Fgura

Żagħżugħ qed isofri minn ġrieħi gravi wara li waqa’ għoli ta’ madwar sular u nofs fil-Fgura waqt li kien fuq xogħol.

Kelliema għall-Pulizija qalet lil Newsbook.com.mt li dan ġara għall-ħabta tat-8.35am fi Triq il-Kitba, meta r-raġel kien qed jagħmel xi xogħol ta’ tibjid ġo skola.

Iż-żagħżugħ, li għandu 20 sena u hu mill-Guinea, ittieħed l-isptar b’ambulanza, fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.