Żagħżugħ ta’ 21 sena sab ruħu f’diffikultà wara li qabeż ġo pixxina ta’ lukanda fi Triq il-Qawra San Pawl il-Baħar. Hu weġġa’ ħafif.
Kelliema għall-pulizija qalet li ż-żagħżugħ li huwa ta’ nazzjonalità Niġerjana ttieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7pm.