Żagħżugħ l-isptar wara li ħabat bil-mutur fil-Mosta

Żagħżugħ ta’ 24 sena ttieħed l-isptar wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fil-Mosta.
L-inċident seħħ għal ħabta tat-tlieta ta’ waranofsinhar fi Triq il-Ħtajriet.
Iż-żagħżugħ li kien qed isuq mutur, baqa’ dieħel f’karozza misjuqa minn raġel ta’ 40 sena mill-Mosta.
Is-sewwieq tal-mutur ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza fejn ġie ċċertifikat li ma jinsabx fil-periklu li jitlef ħajtu.

Ritratt: Media Police