Aġġornata: Gravi ż-żagħżugħ li kellu inċident bil-mutur f’Ħaż-Żebbuġ

Żagħżugħ jinsab f’qagħda gravi wara li waqa’ minn fuq il-mutur tiegħu tul il-lejl f’Ħaż-Żebbuġ.

L-inċident ġara għall-ħabta tas-1.45am fi Triq l-Imdina. Iż-żagħżugħ ta’ 24 sena minn Santa Venera jidher li tilef il-kontroll u waqa’ minn fuq il-mutur tiegħu.

Huwa ttieħed l-isptar b’ambulanza, fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.