Żagħżugħ l-isptar wara ħabta head-on f’Ħal Għaxaq

Inċident tat-traffiku ieħor li seta’ kellu konsegwenzi aktar gravi wassal biex żagħżugħ ta’ 23 minn Marsaxlokk jiddaħħal l-Isptar.
L-inċident seħħ kmieni dalgħodu għall-ħabta tal-5:30am fil-bypass ta’ Ħal Għaxaq, meta l-karozza misjuqa miż-żagħżugħ kellha ħabta head-on ma' vettura oħra misjuqa minn raġel ta’ 46 sena miż-Żejtun.
Iż-żewġ vetturi ġarrbu diversi ħsarat iżda Newsbook.com.mt jinsab infurmat li milli jidher ħadd ma weġġa’ gravi.
Minkejja dan, iż-żagħżugħ iddaħħal l-Isptar għall-kura u l-kundizzjoni tiegħu għadha mhux uffiċjalment magħrufa.