Żagħżugħ l-Isptar wara inċident f’Ħal Tarxien

Sewwieq ta’ mutur ittieħed l-Isptar wara li kien involut f’inċident f’Ħal Tarxien.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11am fi Triq Ħal Tarxien fejn kien hemm impatt bejn karozza misjuqa minn mara ta’ 39 sena residenti l-Fgura u mutur misjuq minn żagħżugħ Taljan ta’ 25 sena residenti Ħal Luqa.
Kelliem għall-Pulizika kkonferma ma’ Newsbook.com.mt li fuq il-post issejħet ambulanza flimkien mal-Pulizija mit-Taqsima tat-Traffiku.
Il-kundizzjoni tas-sewwieq tal-mutur għadha mhix magħrufa.
It-triq kienet magħluqa għal xi ħin għat-traffiku kawża tal-inċident.
Ritratt: Elle Bonello Azzopardi Ibbotson