Aġġornat: Żagħżugħ gravi wara ħabta bil-mutur

Malta Road Traffic Updates

Żagħżugħ ta’ 21 sena minn Birkirkara ttieħed l-isptar wara impatt bejn il-mutur tiegħu u l-vettura misjuqa minn raġel ta’ 38 sena residenti Ħaż-Żebbuġ.

L-inċident seħħ fi Triq l-Għarix f’Ħ’Attard għall-ħabta ta’ 12pm.

Il-kundizzjoni tal-ġuvni hija waħda gravi.

Is-sit Malta Road Traffic Updates wissa bi traffiku f’dawn l-inħawi minħabba l-inċident.