Żagħżugħ l-isptar wara ħabta bil-mutur f’San Pawl il-Baħar

Żagħżugħ ta’ 21 sena li kien qed isuq mutur ttieħed l-isptar wara li kien involut f’ħabta ma’ karozza f’San Pawl il-Baħar.

Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għall-5.30 pm.

Il-kundizzjoni taż-żagħżugħ Taljan għadha mhix magħrufa.