Żagħżugħ l-isptar wara ħabta bil-mutur

CMRU

Żagħżugħ ittieħed l-isptar wara li ħabat bil-mutur ma’ karozza tul il-lejl.

L-inċident ġara fi Triq Manwel Dimech f’Ħal Qormi fl-3.50am, bejn mutur u karozza. Il-mutur kien misjuq minn żagħżugħ ta’ 21 sena minn Birkirkara, filwaqt li l-karozza kienet qed tinstaq minn żagħżugħ ta’ 22 sena min-Naxxar, li ma kellux bżonn assistenza medika.

Iż-żagħżugħ Karkariż ittieħed l-isptar u għadu qed jiġi invistat mit-tobba.