Żagħżugħ l-isptar wara ħabta bil-karozza

Żagħżugħ ta' 20 sena residenti Birżebbuġa ttieħed l-isptar wara li ħabat bil-karozza.
Kelliem għall-Pulizija qal ma' Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ illum għall-ħabta tal-5:00am fi Triq il-Barrani, iż-Żejtun.
Iż-żagħżugħ, li qed isofri minn ġrieħi ħfief, ħabat ma' vann misjuq minn raġel ta' 57 sena minn Ħal Għaxaq.