Żagħżugħ l-isptar wara ħabta bejn żewġ trakkijiet fil-Mosta

Żagħżugħ ta' 27 sena min-Naxxar ittieħed l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f'inċident tat-traffiku fil-Mosta.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-siegħa ta' wara nofsinhar fi Triq Lija bejn trakk tat-tindif tat-toroq u ready mix.
It-triq fid-direzzjoni lejn il-Mosta tinsab magħluqa. 
Is-sewwieq tar-ready mix ittieħed l-isptar permezz ta' ambulanza fejn ġie ċċertifikat li sofra minn xi ġrieħi.
Kemm is-sewwieq tat-trakk l-ieħor, raġel ta' 55 sena mill-Kalkara, u l-passiġġier ta' 46 sena minn Ħaż-Żabbar ma sofrew l-ebda ġrieħi.
Ritratt: Maltese Roads Traffic Updates.