Żagħżugħ l-isptar wara ġlieda fi grawnd tal-futbol f’Għawdex

Anthony Cassar

Read in English.

Żagħżuħ ta’ 19-il sena miż-Żejtun spiċċa l-isptar wara ġlieda fi grawnd tal-futbol f’Għawdex. Huwa sofra ġrieħi ħfief.

Kelliema għall-Pulizija kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt li l-ġlieda seħħet waqt logħba futbol għall-ħabta tat-2.45pm. Hu mifhum li l-argument kien jinvolvi plejer tal-football u referee. Il-Pulizija spjegat li persuna qed tiġi mitkelmma b’rabta ma’ dan il-każ

Ir-raġel l-ieħor involut fil-ġlieda għandu 26 sena u huwa residenti ż-Żebbuġ Għawdex.