Żagħżugħ joqtol anzjana fi Trinidad u Tobago; taħt l-effett tad-droga

Credit: Trinidad Guardian

Żgħażugħ ta’ 18-il sena qatel anzjana ta’ 83 sena li kienet f’wheelchair. Il-każ seħħ fi Trinidad u Tobago, hekk kif kien fuq id-droga. Huwa uża ċilindru tqil tal-metall fuq rasha u wiċċha.

Il-Pulizija kienu fuq il-post għal xis-6.45pm, fejn sabu ż-żgħażugħ bilqiegħda ħdejn ġisimha, kalm ħafna, u ħwejjġu mimlijin demm. Il-Pulizija ta’ fuq il-post qalu li deher li qiegħed fuq id-droga.

Iż-żgħażugħ kien jiġi minn l-anzjana, hekk kif kienu jgħixu flimkien fl-istess dar. Familjari li joqgħodu fil-qrib qalu li dakinhar, iż-żgħażugħ kien ġie jgħidilhom li jħobbhom u li jixtieq jieħu ħsieb lil kulħadd.

Bint l-anzjana sostniet li inqas minn xahrejn ilu, iż-żgħażugħ kien qed jiġi trattat għall-vizzju tad-droga. Żiedet tgħid li t-tort huwa ta’ xiħadd fil-familja, għalkemm ma qalitx min. Qalet li ma ħax ħsieb li ż-żgħażugħ kellu l-għajnuna li għandu bżonn, speċjalment hekk kif kien jitħalla jiġri barra waħdu.

Iż-żgħażugħ qed jinżamm taħt l-arrest. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.