Aġġornata: Ġrieħi ħfief għaż-żagħżugħ li ttajjar f’Ħaż-Żabbar

Aġġornata 29.06.2015 2.45pm
Il-Pulizija ikkonfermat li ż-żagħżugħ ta’ 27 sena minn Ħaż-Żabbar li ttajjar minn vann fl-istess lokalità, sofra biss minn ġrieħi ħfief.
Aktar kmieni:

Żagħżugħ ta’ 27 sena, minn Ħaż-Żabbar, ittajjar minn vann li kien misjuq minn raġel ta’ 67 sena residenti Ħaż-Żabbar ukoll.
Il-ġuvni ġie ċċertifikat li ma jinsabx fil-periklu tal-mewt iżda n-natura tal-ġrieħi li ġarrab għadhom mhux magħrufa.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8:30am fi Triq iż-Żinġla Ħaż-Żabbar.
Fuq il-post issejħet mill-ewwel ambulanza li ħadet liż-żagħżugħ fl-Isptar Mater Dei.
Il-Pulizija għadhom qed jinvestigaw l-inċident.