Aġġornata: Żagħżugħ jittajjar minn karozza f’San Ġwann; gravi

Read in English.

Żagħżugħ ta’ 22 sena ttajjar minn karozza f’San Ġwann. Huwa qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9am fi Triq in-Naxxar. Iż-żagħżugħ, Libjan li joqgħod San Ġwann stess, ittajjar minn karozza misjuqa minn tfajla ta’24 sena minn San Ġwann ukoll.

Huwa ttieħed l-isptar b’ambulanza.