Aġġornata (1): Żagħżugħ gravi wara li ttajjar minn karozza f’Birkirkara

Żagħżugħ ta’ 27 sena residenti San Pawl qed isofri minn ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn karozza.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11am fi Triq Mannarinu f’Birkirkara, xħin il-Bulgaru għal xi raġuni ntlaqat minn karozza misjuqa inn mara ta’ 53 sena li toqgħod Ħal Balzan.