Serqa Tignè: Iwieġeb mhux ħati, jinżamm arrestat

Żagħżugħ ta’ 25 sena,tressaq il-Qorti llum b'rabta mas-serqa minn ħanut tal-ġojjellerija f’Tignè aktar kmieni dan ix-xahar, li skont diversi rapporti, l-oġġetti misruqa jlaħħqu n-nofs miljun ewro.
L-Albaniż, Daniel Muka, ġie akkużat fost l-oħrajn b'attentat ta' qtil tal-lavrant fil-ħanut tal-ġojjellerija. L-istess suspettat diġà ġie akkużat b'attentat ta' qtil ta' żewġ pulizija, li marru biex jarrestawh ftit tal-jiem ilu, meta pponta arma tan-nar lejhom li ma ħaditx meta għafas il-grillu.
Muka wieġeb mhux ħati iżda nżamm arrestat. 
Is-suspettat l-ieħor f'din is-serqa mistenni jitressaq il-Qorti l-ġimgħa d-dieħla. Is-suspettat l-ieħor għadu maħrub.