Żagħżugħ jista’ jgħoddha b’waħda wara ħabta f’Għawdex

Żagħżugħ ta’ 22 sena mill-Għarb jista’ jgħoddha b’waħda hekk kif inqaleb bil-karozza fix-Xlendi.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-kwarta ta’ dalgħodu hekk kif iż-żagħżugħ tilef il-kontroll tal-vettura u daħal f’żewġ karozzi pparkjati.
Huwa ttieħed l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex b’ambulanza, iżda rriżulta li ġarrab ġrieħi ħfief.