Żagħżugħ jirrapporta fl-għassa tal-Qawra mimli dmija

Arkivji

Read in English.

Żagħżugħ ta’ 24 sena rrapporta fl-Għassa tal-Qawra mimli dmija wara li qal li kien attakkat minn persuni barranin. Fi stqarrija, il-Pulizija qalu li l-inċident seħħ f’nofsilejl ta’ bejn is-Sibt u l-Ħadd u rriżulta li l-aggressuri ħarbu minn fuq il-post.

Intqal li ż-żagħżugħ li hu mis-Sirja u residenti San Pawl il-Baħar kien involut f’argument fi Triq it-Trunċiera fil-Qawra.

Wara li għamel ir-rapport, tim mediku kien imsejjaħ biex jassisti lir-raġel li ttieħed lejn l-isptar Mater Dei fejn irriżulta li sofra minn ġrieħi gravi.

Il-Pulizija għadha qed tinvestiga dan il-każ.