Żagħżugħ jipprova jweġġa’ lilu nnifsu fid-Depot

Joseph Giordimaina

Żagħżugħ ta’ 18-il sena ttieħed l-Isptar Mater Dei wara li prova jweġġa’ lilu nnifsu fil-Lock-up tal-Pulizija waqt li kien fiċ-ċella. Iż-żagħżugħ li huwa mit-Tuneżija ma sofra l-ebda ġrieħi madankollu ttieħed l-isptar biex jiġi invistat.

Fi stqarrija l-Pulizija qalu li l-Pulizija intervjenew minnufih u kien għalhekk li ż-żagħżugħ ma leħaqx weġġa’ lilu nnifsu