Żagħżugħ jipprova jaħrab minn Malta għal-Londra

Żagħżugħ ta’ 15-il sena mill-Albanija se jkun iddeportat minn Malta wara li twaqqaf minn uffiċjali fl-Ajruport u nstab li kien qed juża karta tal-identità Griega falza.
Jidher li ż-żagħżugħ kien qed jipprova jaħrab minn Malta lejn Londra.
L-inċident seħħ ilbieraħ u fil-Qorti nstema’ kif fil-baskett tal-akkużat instab li kellu passaport Albaniż awtentiku, iżda kien qed juża l-karta tal-identità l-falza.
Iż-żagħżugħ wieġeb ħati tal-akkużi u mistenni jirritorna lura pajjiżu llejla stess.

Ritratt: Ian Noel Pace