Żagħżugħ jinżamm arrestat għax biegħ il-passaporti

Żagħżugħ inżamm arrestat għax inqabad ibigħ il-passaporti biex jgħin lin-nies jidħlu jew joħorġu mill-pajjiż.

Iż-żagħżugħ ta’ 26 sena mill-Gambja, residenti Ħal Far, tressaq quddiem il-Maġistrat Marseann Farrugia llum.

Huwa ġie akkużat li fis-7 t’Ottubru u fix-xhur ta’ qabel, għen persuni jidħlu u/jew joħorġu mill-pajjiż billi biegħ il-passaporti.

Wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba fil-konfront tiegħu. Ir-raġel ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest u ttieħed il-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Karl Roberts.