Żagħżugħ jinżamm arrestat; Akkużat b’atti sesswali ma’ minuri

Żagħżugħ ta’ 18-il sena ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest wara li ġie mixli li ħa sehem f’atti sesswali ma’ persuna taħt is-sittax-il sena.

Iż-żagħżugħ li huwa mir-Renju Unit u residenti fir-Rabat Għawdex deher quddiem il-Maġistrat Brigitte Spiteri fil-Qorti ta’ Għawdex fejn ġie mixli li b’atti sesswali ma’ tfajla li tinsab fir-raba’ sena tal-iskola sekondarja. Il-każ seħħ nhar il-25 ta’ Mejju.

Il-Pulizija kienet infurmata bil-każ mill-Guidance Teacher tal-vittma.

Huwa wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Bernard Charles Spiteri u Joseph Busuttil.