Żagħżugħ jintlaqat minn karozza fl-Imsida

Aġġornat 11:52 AM

Żagħżugħ intlaqat minn karozza fl-Imsida lbieraħ filgħaxija, iżda ħelisha ħafif.

Kelliema għall-Pulizija qalet lil Newsbook.com.mt li dan ġara għall-ħabta tad-9.20pm qrib Skatepark.

Il-vittma huwa raġel ta’ 27 sena li joqgħod l-Imsida stess. Il-karozza kienet misjuqa minn żagħżugħ ta’ 21 sena min-Naxxar.

Iż-żagħżugħ li ntlaqat ittieħed l-Isptar Mater Dei, fejn aktar tard irriżulta li għandu ġrieħi ħfief.

Dan ma kienx l-uniku inċident il-lejl li għadda, peress li kien hemm inċident tat-traffiku ieħor fi Triq Tul il-Kosta li ħalla mara tissielet għal ħajjitha.