Żagħżugħ jintlaqat minn karozza fl-Għasri

Żagħżugħ Franċiż ta’ 17-il sena ttieħed l-isptar wara li ntlaqat minn karozza fl-Għasri.

Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għall-5.15pm fi Triq l-Għarb. Il-karozza kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 41 sena mix-Xagħra.

Il-kundizzjoni taż-żagħżugħ għadha mhix magħrufa.