Żagħżugħ jintbagħat il-ħabs wara li ħebb għal raġel

Somalu ta’ 21 intbagħat sentejn u nofs ħabs wara li ammetta li ħebb għal raġel ieħor b’sikkina f’San Ġiljan
Huwa kien akkużat ukoll li seraqlu l-mobile, li kien riċediv u li kkommetta r-reat waqt perjodu effettiv ta’ sentenza sospiża.
Quddiem il-Maġistrat Aaron Bugeja nstema’ li l-akkużat allegatament ma kienx jaf x’qed jagħmel minħabba li kien xurban.
Huwa nstab ħati u flimkien mas-sentenza tal-ħabs ingħata multa ta’ €116.47.