Żagħżugħ jintbagħat 4 snin ħabs wara li ammetta li seraq minn ħames residenzi

Żagħżugħ intbagħat erba’ snin ħabs wara li ammetta li seraq minn ħames residenzi.

Iż-żagħżugħ Antoine Spiteri ta’ 36 sena minn Marsakala li għandu l-vizzju tad-droga kien ikkundannat sentejn ħabs wara li ammetta li seraq minn diversi residenti bejn Mejju u Lulju tas-sena li għaddiet, filwaqt li daħlu fis-seħħ is-sentejn ħabs li ngħataw f’sentenza sospiża.

L-oġġetti misruqa minn residenzi fir-Rabat, Ħal Balzan, tas-Sliema u Ħal Lija kienu jammontaw għal eluf ta’ liri u kienu jikkonsistu fost l-oħrajn flus kontanti, kompjuters u apparat diġitali.

Id-difiża qalet li l-akkużat ikkopera mal-pulizija. Huwa inqabad iwettaq serqa waħda u ammetta s-serqiet l-oħrajn.