Żagħżugħ jinstab mejjet taħt il-pont ta’ Bieb il-Bombi

Immigrant żagħżugħ instab mejjet taħt il-pont li minn Bieb il-Bombi jagħti għall-bus stop tal-Imsida. 
Jidher li l-inċident ġara ftit qabel nofsillejl li għadda u ż-żagħżugħ waqa’ mill-pont. 
Ftit wara l-inċidident, fit-triq kienet għaddejja karozza tal-linja li iżda x-xufier ma rax il-katavru mal-art u spiċċa biex tajru. 
Għal dan il-każ infetħet inkjesta maġisterjali.