Żagħżugħ jinstab fil-pussess tal-kannabis fil-Qawra

Arkivji

Żagħżugħ ta’ 21 sena ġie arrestat wara li nqabad fil-pussess tal-kannabis fil-Qawra.

Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li ż-żagħżugħ resident Marsaskala nstab fil-pussess tal-ħaxixa tal-kannabis, ta’ żewġ mobiles, u ammont ta’ flus kontanti.

Intqal li lbieraħ għall-10pm, il-Pulizija ġiet infurmata li kienn hemm argument fi Triq il-Qawra.

“Il-Pulizija marru mill-ewwel fuq il-post iżda sakemm wasslu l-argument kien waqaf u l-persuni involti laħqu telqu minn fuq il-post. Iżda ġie nnutat li kien hemm xi ħsara fuq vettura u mutur li kienu pparkkjati. Waqt li l-Pulizija kienet għaddejja bl-investigazzjonijiet, ġew infurmati li f’vettura li kienet qed tinstaq fl-istess triq, hemm in-nies li kienu involti fl-argument,” qalet il-Pulizija.

Il-Pulizija waqfet il-vettura li qajmet suspett. Saret tfittxija fil-vettura u fuq iż-żagħżugħ u nstabu diversi oġġetti.

Iż-żagħużgħ ġie arrestat u ttieħed fil-lockup tal-Pulizija fil-Kwartieri Ġenerali, il-Furjana.

L-investigazzjonijiet dwar dan il-każ qed jitmexxew mid-Distrett tal-Qawra.