Żagħżugħ jinqabad bil-kannabis; jinħeles mill-arrest

Żagħżugħ inħeles mill-arrest wara li tressaq quddiem il-Qorti t’Għawdex għax inqabad bil-kannabis.

L-akkużat hu Brittaniku ta’ 18-il sena li joqgħod in-Nadur.

Huwa tressaq quddiem il-Maġistrat Brigitte Sultana llum wara li lbieraħ ġie arrestat għax inqabad b’pussess aggravat tal-pjanta tal-kannabis, tant li dehret li ma kinitx għall-użu tiegħu. Ġie akkużat li ttraffikaha u li għamel dan f’distanza ta’ inqas minn 100 metru minn post iffrekwentat miż-żgħażagħ.

Huwa wieġeb mhux ħati għall-akkużi, u nħeles mill-arrest fuq għadd ta’ kundizzjonijiet.