Żagħżugħ jinħeles mill-arrest wara li nqabad b’50 pillola t’ecstasy waqt party

Żagħżugħ inqabad jipprova jittraffika l-ecstasy, il-kokaina u l-kannabis waqt l-avveniment Lost and Found.

Iż-żagħżugħ ta’ 21 sena minn San Pawl il-Baħar inqabad b’50 pillola ecstasy u 8 pakketti ta’ kokaina u kannabis waqt li l-pulizija kienu qegħdin iwettqu xi tfittxijiet f’wieħed mill-postijiet fejn qed isir Lost and Found.

Filmat: Mistennija 10,000 turist għall-5 edizzjoni ta’ Lost and Found

Huwa affaċċja l-akkużi tat-traffikar tal-kokaina u l-ecstasy, li kien fil-pussess taż-żewġ drogi mhux għall-użu personali tiegħu, li kellu l-kannabis fil-pussess tiegħu, u li wettaq reat kriminali marbut mad-droga inqas minn 100 metru bogħod minn post iffrekwentat miż-żgħażagħ.

Il-Maġistrat Charmaine Galea tatu l-ħelsien mill-arrest b’depożitu ta’ €2,000 u garanzija personali ta’ €10,000.