Żagħżugħ jingħata sentenza ta’ priġunerija wara li seraq mill-klabb tal-Inter

Żagħżugħ ta’ 22 sena mill-Imsida ngħata s-sentenza ta’ 48 xahar priġunerija wara li nstab ħati seraq b’€2,300 f’oġġetti mill-klabb tal-Inter.
Is-serqa seħħet fid-29 ta’ Diċembru li għadda.
Huwa ngħata s-sentenza ta’ 24 xahar priġunerija għal din is-serqa iżda peress li l-akkużat kiser il-kundizzjonijiet li kienu mposti fuqu f’sentenza oħra, il-Qorti ddeċidiet li żżid iż-żmien tal-priġunerija effettiva.
Fil-Qorti ntqal li ż-żagħżugħ kien jabbuża mid-droga u li stqarr li kellu bżonn l-għajnuna.