Żagħżugħ jiġġieled għal ħajtu wara attakk razzist f’Londra

Żagħżugħ ta’ 17-il sena qed jiġġieled għal ħajtu wara li kien attakkat minn grupp ta’ 8 persuni fi Croydon f’Londra wara li qalilhom li hu refuġjat.
Hu kien attakkat minn gang f’attakk brutali li qed jitqies li sar minħabba razziżmu.
Iż-żagħżugħ kien qed jistenna l-karozza tal-linja fil-venda flimkien ma’ żewġt iħbieb tiegħu meta resaq fuqu gang u saqsewh minn fejn hu. Meta qalilhom li hu refuġjat, ġrew warajh sakemm qabduh u attakkawh.
Scotland Yard qalet li ż-żagħżugħ sofra ġrieħi f’rasu u jinsab f’kundizzjoni kritika l-isptar. Iż-żewġt iħbieb tiegħu sofrew biss ġrieħi ħfief.